Friday, November 15, 2024

Il-pulizija qed tfittex persuna li qatlet raġel qrib il-Katidral ta’ San Pawl f’Londra

Aqra wkoll

Il-pulizija għaddejja bi tfittxija sabiex tinqabad il-persuna responsabbli li l-lejl li għadda qatlet raġel bi strument bil-ponta qrib il-Katidral ta’ San Pawl f’Londra.

Il-pulizija sabu raġel qed isofri minn ġrieħi gravi, fi Triq Gresham, ilbieraħ filgħaxija. Tim mediku ssejjaħ fuq il-post fejn ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna qabel ma ttieħed l-isptar għal iżjed kura. Hemmhekk huwa ġie kkonfermat mejjet. 

Numru ta’ uffiċjali tal-pulizija jinsabu stazzjonati fit-triq fejn instab il-vittma, sabiex jipprevenu li jidħlu xi nies f’dik iż-żona.

S’issa, l-età u l-identità tal-vittma għadhom mhux magħrufa u għadhom ma saru l-ebda arresti marbuta ma’ dan id-delitt. L-investigazzjonijiet marbuta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport