Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw rapport li rċivew dwar qtates li nstabu mejtin f’Tas-Sliema.
Fuq il-midja soċjali, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said kitbet li “inħossni ferm mnikkta nisma’ bl-allegati każi tal-qtates li nstabu mejta f’tas-Sliema f’ċirkostanzi daqshekk brutali.
Dan hu att moqżież u ta’ krudeltà bla bżonn. Ma nistax nifhem kif xi ħadd jista’ jagħmel xi ħaġa hekk kerha lil annimal innoċenti. Nikkundanna b’mod qawwi dan l-aġir u diġa tlabt lill-awtoritajiet jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex issir ġustizzja.
Nappella lil kull min għandu xi informazzjoni biex jitkellem. Ma nistgħux nibqgħu siekta quddiem dawn l-attakki vjolenti fuq l-annimali.”