Tuesday, April 30, 2024

Il-Pulizija qed tinvestiga filmat b’rabta ma’ ġlieda f’PV iżda tikkonferma li ma rċeviet l-ebda rapport

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga filmat ta’ ġlieda li żvolġiet bejn grupp ta’ żgħażagħ u numru ta’ bpunchers barra minn stabbiliment f’Paceville.

Ikkonferma dan kelliem għall-pulizija ma’ talk.mt wara li aktar kmieni llum beda jiċċirkola l-filmat ta’ din il-ġlieda.

Minkejja li l-bounchers bdew jindikaw liż-żgħażagħ biex ma jaqbżux l-ilqugħ li kien hemm, jidher li dawn pruvaw jidħlu xorta minkejja li ġew mitlubin jagħmlu mod ieħor.

Wieħed mill-ġuvintur jidher jerfa’ wieħed mill-banners u jwaddbu lejn il-bouncers, qabel ma ħarab jiġri, bil-bouncers jidhru jsegwuh. Mhuwiex ċar x’ġara minn hemm ‘il quddiem.

Il-Pulizija kkonfermat magħna li minkejja li l-filmat juri ċertu kommossjoni, hija ma rċeviet l-ebda rapport b’rabta ma’ dan il-każ.

Sport