Friday, December 27, 2024

Il-Pulizija qrib il-komunità Għawdxija b’dimostrazzjonijiet edukattivi

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu il-Malta Police Community Team kienu fi ġnien fir-Rabat Għawdex. Il-pubblika kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-uffiċjali, jistaqsi mistoqsijiet u jitgħallem dwar ix-xogħol li huma jwettqu mhux waqt dawn il-wirjiet biss, iżda anke dwar il-ħidma varjata tagħhom ta’ kuljum. 

Fost dawn il-Pulizija spjegaw dwar servizzi relatati mas-sigurtà, protezzjoni, għeluq tat-toroq u kontrolli relatati, ġestjoni tat-traffiku u l-impenn biex kemm jista’ jkun jitnaqqas il-ħela ta’ ħin mis-sewwieqa fl-istess traffiku. 

Kienet opportunità sabiħa kemm għal kbar kif ukoll għal-tfal fejn barra dawn kienu jagħtu tagħrif dwar is-servizzi tagħhom kien hemm ukoll sezzjonijiet tal-Forensika, dawk bil-klieb u anke mill-Kavallerija u setgħu anke  jittieħdu ritratti bħala tifkira.

Ekonomija

Sport