Tuesday, December 24, 2024

Il-Pulizija se tressaq lil Matthew Grech il-Qorti akkużat li ppromwova il-gay conversion therapy

Aqra wkoll

Il-Pulizija se tkun qed tressaq lil Matthew Grech il-Qorti li se jkun akkużat li uża jew ippromowva prattiċi ta’ konverżjoni b’rabta mal-orjentazzjoni sesswali.

Ikkonferma dan ukol il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kiteb li minn dak li qed ikun irrapportat, il-Pulizija se tressaq persuna l-Qorti li tippromovi l-gay conversion therapy.

Camilleri kiteb li “quddiem kull kisba fl-oqsma tad-drittijiet ċivili u f’kull riforma tal-ugwaljanza li saret f’pajjżina, l-prattika ta’ gay conversion therapy hi inaċċettabbli f’Malta. Infatti Malta kienet l-ewwel Membru Stat tal-UE u fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li għamlet reat kriminali l-gay conversion therapy.

Episodji bħal dawn juruna kemm ir-riformi u l-ħidma fl-ugwaljanza għandha tissokta f’pajjiżna. Huwa dritt ta’ kulħadd li jgħix ħajtu fl-orjentazzjoni sesswali li tiddistingwih.”

Gay conversion therapy saret illegali fl-aħħar xhur wara li skont kif kien qed jiġi rraportat f’pajjiżna kien hawn għaqdiet u allegatament reliġjonijiet li kienu qegħdin jitkellmu ma’ persuni omosesswali u jwassluhom jemmnu li ma baqgħux gays.

Kien l-akkużat innifsu li f’messaġġ irrekordjat qal li se jkun qed jistressaq quddiem il-Qorti Kriminali wara li pparteċipa f’diskussjoni tas-sit Pmnews.  

Matthew Grech huwa membru tar-River of Love u pubblikament, għal aktar minn darba qal li huwa kien persuna omosesswali u għax sab lill-Alla ħareġ minnha.  

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook Grech qal li jista’ jeħel multa sa massimu ta €5,000 jew immur il-ħabs għal massimu ta’ 5 xhur.  

Iżda huwa saħaq li ruħu tafda f’ Ġesu, sidu s-Salvatur. 

Grech jifforma parti mill-Partit ABBA u huwa membru tar-River of Love. 

Intant, fi stqarrija separata l-Ministru Camilleri għamel referenza għall-miżura interim maħruġa mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar koppja ta’ nazzjonalità Ċiniża.

Filwaqt li l-awtoritajiet Maltin jirrispettaw il-gwida mogħtija mill-Qorti, wieħed irid ifakkar li dawn iż-żewġ persuni diġà eżawrixxew il-proċess tal-ażil u nstab li ma jeħtieġu l-ebda protezzjoni f’pajjiżna. Wara li t-talba tagħhom għal ażil ma ntlaqgħetx, dawn il-persuni għamlu numru ta’ snin jgħixu f’Malta illegalment.

Għal darb’oħra, l-awtoritajiet ser ikunu qed iwieġbu għal kull waħda mill-allegazzjonijiet skorretti tal-avukati ta’ dawn iż-żewġ persuni.

Il-Ministeru jfakkar li r-ritorn huwa parti integrali mill-politika tal-immigrazzjoni u l-ażil. L-isforzi ta’ xi wħud biex jisfrattaw din il-ħidma sservi biss sabiex tnaqqar mill-integrità u l-fiduċja tal-pubbliku f’dawn is-sistemi, b’dannu għal dawk li verament jeħtieġu l-protezzjoni f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport