Sunday, December 22, 2024

Il-Pulizija ssib it-tieni vittma… jgħid li qala’ bil-ponn u bis-sieq f’post mudlam

Tibda l-kumpilazzjoni kontra t-tliet kuntistabbli mixlija li ħatfu u sawtu persuni barranin

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud dalgħodu se tibda tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra t-tliet kuntistabbli mixlija li ħatfu persuni barranin u sawtuhom f’post imwarrab f’Ħal Qormi.

L-allegati każi seħħew f’Settembru li għadda waqt li l-uffiċjali kienu fuq patrol matul il-lejl.

L-imputati huma Rica Mifsud Grech ta’ 22 sena, Jurgen Falzon ta’ 24 sena u Luca Brincat ta’ 20 sena. Huma qed iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Mercieca u Omar Zammit megħjuna mill-Avukati Anthony Vella u Kaylie Bonnett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

L-Avukat Veronique Dalli qiegħda tidher għal Mifsud Grech, l-Avukat Edmond Cuschieri qiegħed jidher għal Falzon, filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb qed jidhru għal Brincat.

Jixhed l-Ispettur Omar Zammit

Beda biex jixhed l-Ispettur Omar Zammit li qal li nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Ottubru, kien hemm kuntistabbli feminili li resqet biex tiftaħ qalbha dwar reati mwettqa minn kollegi stazzjonati fl-istess shift. Irriżulta li kien hemm żewġ kuntistabbli oħra maskili li xtaqu jirrapportaw dwar reati mill-kollegi.

L-Ispettur Zammit flimkien mal-Ispettur Joe Mecieca kienu ġew mitluba jinvestigaw dwar dawn l-allegazzjonijiet u ntalbet li tinfetaħ inkjesta.

Wieħed mill-kuntistabbli li resaq biex jirrapporta qal li kien ma’ Jurgen u Luca u kif lemħu persuna barranija maskili li kien qiegħed jagħmel xi storbju minħabba li kien taħt l-effett tal-alkoħol. Il-kuntistabbli qal li ntalab jagħmillu tfittxija minn wieħed mill-imputati u ma sabulu xejn. Abdul Hamid Saied ġie arrestat u Jurgen qallu biex jiġbed lejn Ħal Qormi u minħabba li kien qiegħed isuq, Luca qallu biex ineħħi l-body cam u hu rrifjuta, Madanakollu huwa qal li wieħed mill-allegati imputati kien neħħielu l-body cam hu. Żied jgħid li wara l-imputati qabdu jsawtu lill-Saied. Skontu Jurgen saħansitra xeħet ġebla mdaqqsa lejn dan ir-raġel u semgħu jibki bl-uġigħ. Il-kuntistabbli hu u jiftaħ qalbu dwar l-allegat aggressjoni, qal li wara li marru l-Għassa iżda ma felaħx bir-rimors u rritorna fuq il-post iżda ma sabx lill-allegat vittma.

It-tieni kuntistabbli jiftaħ qalbu dwar l-allegat reati…

L-Ispettur qal li l-Kuntistabbli l-ieħor li resaq biex jiftaħ qalbu dwar l-allegat reati qal li Luca, Rica u Jurgen diversi drabi kienu juru imġiba vjolenti ma’ persuni barranin. Huwa saħansitra qal li l-imputati kienu jfittxu l-immigranti reqdin barra u jużaw taser gun u pepper spray fuqhom.

Il-kuntistabbli mara tirrapporta dwar l-allegati reati…

L-Ispettur kompla biex jispjega li l-kuntistabbli mara li fetħet qalbha dwar l-allegat aggressjoni mill-kollegi qalet li fil-lejl bejn il-5 u s-6 ta’ Settembru l-imputati qalulha biex toħroġ patrol magħhom. Kif telqu mill-għassa marru fi Triq is-Serkin fil-Marsa kien hemm grupp ta’ persuni li wieħed minnhom kien qal li kien hemm persuna ta’ karnaġġjon skur jagħtihom fastidju. Fl-ispjegazzjoni tagħha l-kuntistabbli qalet li wieħed mill-imputati ra persuna ta’ karnaġġjon skur u qallu biex imur magħhom, iżda l-grupp ġibdilhom l-attenzjoni li ma kienx hu l-persuna li tahom fastidju. Dakinhar kien qiegħed isuq Jurgen u minflok saq lejn l-għassa reġa’ saq lejn Wied fil-limiti tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi. Kif waslu, l-imputati qabdu jsawtu lil din il-persuna u wara rikbu u saqu minn fuq il-post.

L-Ispettur kompla jixhed dwar filmat li tpoġġa fi group chat b’wieħed mill-kuntistabbli li resaq biex jirrapporta qal li fih jidher Luca b’mus f’idejh bilqiegħda fl-għassa tal-Ħamrun b’persuna ta’ karnaġġjon skur quddiemu li jidher biss minn wara. L-imputat jidher ikellem lil din il-persuna u jgħidlu biex iwegħdu li mhux se jerġa’ jiġġieled u li “illum kienu nice miegħu imma next time trouble”. L-Ispettur qal li minkejja li ma nstemgħax, wara Luca għamel sinjal bil-mus lil dan il-persuna quddiemu li jekk jerġa’ kien se jispiċċa ħażin.

Tfittxija fuq l-imputati…

Kompla biex jixhed li minn tfittxija li saret fil-basket ta’ Rica nstab taser torch u li mil-locker tagħha u kexxun li jappartjenu lila nstab ukoll mus żgħir. Fil-karozza tagħha nstab ukoll peper spray. Mill-basket personali ta’ Luca nstabu taser torch u mus ieħor li jidher li kien l-istess wieħed fil-filmat. Fil-locker u fil-karozza tiegħu l-pulizija ma sabet xejn. Minn tfittxija li saret lil Jurgen nstab biss mowbajl.

Mitkellem l-ewwel allegat vittma…

Bdiet ukoll it-tfittxija għall-vittmi Abdul Hamid Saied u Abduwili Ahmed Ali. Saru jafu li Saied qiegħed il-ħabs jiskonta sentenza u daħal hemm fl-14 ta’ setttembru. 

Fit-8 ta’ Settembru l-Pulizija marret fuq il-Kuntistabbli mara li resqet biex tirrapporta li għenet biex tindika fejn kienet ittieħdet il-persuna barranija li allegatament issawtet. L-Ispettur kompla jispjega li mat-triq innota farmhouse fejn kien hemm CCTV u ġew elevati xi filmati.

Dakinhar stess kien ġie mitkellem Saied, wieħed mill-vittmi. Huwa qal li darba minnhom xi ġimgħat qabel spiċċa l-ħabs kien meħud f’karozza tal-Pulizija fil-Marsa għax kien fis-sakra u ħaduh f’post mudlam imdawwar bis-siġar, mhux ħafna bogħod mill-Marsa. Qal li kienu tlett irġiel, tnejn minnhom ħarġu mill-karozza u bdew jagħtuh bis-sieq u bil-pon. Qal ukoll li dak li kien qed isuq il-karozza ma kienx qed jagħtih imma kien fejn il-karozza. L-allegat vittma qal li huwa nxteħet mal-art u dawn iż-żewġ pulizija waqfu jagħtuh u telqu. Fid-deskrizzjoni tiegħu huwa qal li wieħed minnhom kien fih tifel u kellu l-leħja u l-ieħor jidher żgħir u atletiku. Meta ntalab deskrizzjoni tax-xufier qal li kien jafu għax kien ikun il-Ħamrun idur ta’ spiss. Għaraf lil min kien qed isuq il-karozza dakinhar u kkonferma li ma kienx sawtu. Mistoqsii għalfejn qatt ma rrapporta hu qal li hu ma kienx se jiġi emmnut mill-Pulizija.

Identifikat it-tieni allegat vittma…

Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru il-Pulizija sabet lit-tieni vittma. Qal li kienu ġabruh xi kuntistabbli li fosthom kien hemm mara u ħaduh fid-dlam u mbagħad qabdu jagħtuh bil-ponn u bis-sieq u ħallewh hemm. Qal li kien muġugħ ħafna fejn ipprova jwaqqaf xi persuni biex jgħinnuh iżda ħadd ma waqaf.

Il-każ ikompli fit-18 ta’ Ottubru fil-11:00 a.m…

Ekonomija

Sport