Il-Pulizija fi stqarrija qalet li l-persuna relatata m’għadiex imfittxija. Il-Pulizija tirringrazzja lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.
Aktar kmieni: Il-Pulizija fi stqarrija qalu li fuq ordni tal-Qorti b’rabta ma’ kawża pendenti kienu qegħdin ifittxu l-persuna li tidher fir-ritratt.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 13/2024.