Matul din il-ġimgħa, il-Pulizija kompliet b’aktar kontrolli ta’ rutina f’diversi toroq madwar Malta.
Waqt dawn il-kontrolli tat-traffiku li saru fost oħrajn f’Ħaż-Żebbuġ, f’Ħal Qormi, f’San Pawl il-Baħar, Ħal Luqa, f’Raħal Ġdid, f’Birżebbuġa, fiż-Żejtun, fl-Imsida, fil-Ħamrun u f’Ħal Kirkop, il-Pulizija sabet mal-20 sewwieqa jsuqu mingħajr liċenzja valida u 4 sewwieqa nqabdu jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol.
Waqt l-istess spezzjonijiet, 24 vettura nstabu jiġu misjuqa iżjed mil-limitu tal-veloċità permess, fosthom vettura li kienet qiegħda tinstaq b’veloċità ta’ 137 kilometru fis-siegħa f’żona ta’ 70 kilometru fis-siegħa.
Inħarġu ukoll mal-150 kontravenzjoni oħra relatati ma’ ksur differenti
tar-regolamenti tat-traffiku. Jassistu lill-Pulizija f’uħud minn dawn il-kontrolli kien hemm ukoll l-uffiċjali tal-LESA.
Il-Korp tal-Pulizija jibqa’ kommess li jkompli bil-kontrolli tat-traffiku b’mod regolari f’kull ħin tal-ġurnata, bil-għan li tiġi mħarsa s-sigurtà ta’ dawk kollha li jużaw it-toroq tagħna.