Saturday, May 4, 2024

Il-Pulizija ssolvi serqa mill-Palazz tal-Gran Mastru

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet intensivi li twettqu fl-aħħar ġimgħat b’rabta ma’ serq ta’ oġġetti mill-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 52 sena.

Il-każ kien ġie rrapurtat fil-5 ta’ April, 2024 u minnufih bdew l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ din is-serqa.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum quddiem il-Maġistrat Dr Donatella Frendo Dimech LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport