Għexieren ta’ persuni ndarbu waqt ġlied bejn dawk li qed ifittxu ażil fl-Eritrea u l-pulizija tal-Iżreal f’Tel Aviv.
Qed ikun irrapportat li fil-ġlied intużaw stun grenades, gass tad-dmugħ u bullets kontra mijiet ta’ dimostranti.
L-inkwiet ra l-bidu tiegħu wara li attivisti kontra l-gvern Eritrean qalu li talbu lill-awtoritajiet Iżrealiti biex iħassru avveniment tal-ambaxxata s-Sibt li għadda. Iżda d-dimostranti spiċċaw ukoll fi ġlied mal-partitarji tar-reġim tal-Eritrea.
Sadanittant, infetħet investigazzjoni dwar jekk l-użu ta’ armi tan-nar kienx jaqa’ taħt il-liġi, bl-uffiċjali jiġbru wkoll evidenza minn fuq il-post.
Skont rapporti tal-aħbarijiet Iżraeliti, id-dimostranti mxew lejn il-post fejn kellu jsir l-imsemmi avveniment. Għall-ewwel dawn baqgħu wara l-barrikati iżda mbagħad wara baqgħu deħlin.
Id-dimostranti ġġieldu mal-pulizija, għamlu ħsara fil-karozzi u saħansitra kissru t-twieqi tan-negozji li kien hemm fil-viċinanzi.
Stqarrija mill-pulizija ta’ Iżrael qalet li l-uffiċjali użaw l-armi tan-nar hekk kif ħassew li ħajjithom kienet tinsab fil-periklu. Żied jingħad li 27 persuna ndarbu f’dan l-inċident.