Monday, November 4, 2024

Il-Pulizija tal-Kenja fi triqithom lejn il-Ħaiti sabiex jgħinu fil-ġlieda kontra l-vjolenza

Aqra wkoll

Il-Pulizija tal-forzi speċjali fil-Kenja, li qattgħu perjodu sew ta’ żmien jaħdmu kontra l-ġellieda ta’ al-Shabaab fl-Afrika tal-Lvant, mistennija jaslu f’Ħaiti fil-jiem li ġejjin. Dan hekk kif is-segretarju tal-istat tal-Istati Uniti, Antony Blinken, wissa li l-pajjiż tal-Karibew huwa stat fallut.

Rapporti tal-midja Kenjana qalu li aktar tard din il-ġimgħa, kellhom jaslu mal-200 uffiċjal ieħor. Ingħad li b’kollox hemm madwar 1,000 aġent Kenjan li mistenni jingħaqad mal-missjoni, kif ukoll uffiċjali miċ-Ċilì, mill-Ġamajka, minn Grenada, mill-Paragwaj u minn diversi pajjiżi oħra.

Blinken, li deher f’Washington DC quddiem il-kumitat tal-affarijiet barranin tas-Senat nhar it-Tlieta, sostna li issa hemm opportunità sabiex tinkiseb stabbiltà dejjiema wara għexieren ta ‘snin ta’ taqlib.

Blinken qal li l-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport internazzjonali ewlieni tal-Ħaiti, kien sinjal ċar ta’ progress u li t-trasportaturi tal-Istati Uniti se jerġgħu jibdew it-titjiriet hemmhekk fil-jiem li ġejjin.

Sport