Sunday, February 8, 2026

Il-Pulizija Taljana tarresta mill-inqas 6 persuni waqt protesti f’Milan

Aqra wkoll

Mill-inqas 6 persuni ġew arrestati fil-belt ta’ Milan hekk kif eluf kbar ta’ persuni ħarġu jipprotestaw fl-ewwel ġurnata tal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa.

Il-protesti kienu minħabba rabja li hemm fost il-poplu Taljan minħabba l-għoli tal-ħajja. F’ħinijiet minnhom il-Pulizja bdew jitfgħu l-ilma fuq id-dimostranti bil-konsegwenza li nqala ħafna ġlied.

Wara li l-ġimgħa l-oħra kien hemm protesti kbar f’Turin, il-Gvern Taljan ħarrax il-liġijiet fuq dawn li waqt protesti jkunu vjolenti. Fil-protesti ta’ Turin mill-inqas 100 uffiċjal tal-Pulizija kellhom jiddaħlu l-Isptar minħabba li sfaw feruti.

Il-Prim Ministru Taljana Giorgia Meloni qalet li dawk li se jkunu qegħdin jipprotestaw fl-Italja waqt l-Olimpjadi huma “għedewwa tal-pajjiż”. Qalet filwaqt li eluf ta’ persuni qegħdin jipprovaw ifixklu l-Logħob tal-Olimpjadi, hemm eluf ta’ ħaddiema oħrajn li qegħdin jaraw li dan il-logħob ikun suċċess.

Min-naħa tiegħu d-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini ddeskriva lil dawk li kienu qegħdin jipprotestaw f’Milan bħala “kriminali”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport