Il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku biex joqgħod attent minn scams li qegħdin isiru permezz ta’ telefonati. Dawn it-telefonati qarrieqa qed isiru b’numri ‘lokali’ taparsi minn uffiċini talPulizija, u min qed iċempel qiegħed jitlob dettalji personali u/jew dettalji bankarji.
L-appell tagħna huwa f’każ li wieħed jirċievi dawn it-telefonati biex ma jagħti l-ebda dettalji personali u jekk jiġi f’dubju jikkuntattja dirett lill-entità permezz tan-numri uffiċjali.
Il-Korp tal-Pulizija qiegħed jerġa’ jitlob l-għajnuna tal-mezzi tax-xandir sabiex inwasslu lappell tagħna biex ma jkunx hemm aktar vittmi ta’ dawn l-iscams.