Il-Pulizija qiegħda tagħmel referenza għal inċident tat-traffiku li seħħ ftit tal-ġimgħat ilu fi Triq l-Imdina direzzjoni lejn Buqana fir-Rabat Malta.
Minn investigazzjonijiet li saru jidher li s-sewwieqa tal-mutur ta’ 45 sena mill-Imġarr mietet kawża ta’ materjal jiżloq li tħalla mxerred fl-istess triq.
Nifhmu li Marie Claire tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda ssuq fit-22 ta’ Ottubru għall-ħabta tal-5:30 p.m wara li skiddjat fuq dawk li jidher li kienu fdalijiet ta’ żebbuġ mxerrdin fuq l-asfalt.
Għalhekk, il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku biex min għandu xi informazzjoni dwar min seta’ ħalla dan il-materjal, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.