F’operazzjoni mill-aktar delikata, il-Pulizija wasslet biex ftit tal-ħin ilu arrest lil Salvatore di Prima, it-Taljan li s-sibt li għadda pprova joqtol lil uliedu fosthom lil ibnu ta’ 12-il sena f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Intant, fi stqarrija li ħarġu l-pulizija ftit tal-ħin ilu kkonfermaw ir-rapporti li t-Taljan ġie arrestat.
“Illejla għall-ħabta tas-7.00pm ġie arrestat it-Taljan ta’ 49 sena. Ir-raġel ġie arrestat wara operazzjoni delikata mill-Pulizija fl-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.
“Dan l-arrest kien possibbli wara ġranet ta’ investigazzjoni u stħarriġ intensiv mill-pulizija, bl-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta,” qalet l-istqarrija tal-Pulizija.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

