Sunday, November 3, 2024

Il-Pulizija terġa’ tappella dwar messaġġi qarrieqa taparsi mibgħuta mill-MaltaPost

Aqra wkoll

Il-Pulizija mill-ġdid qiegħda tappella lill-pubbliku għal aktar attenzjoni, hekk kif fl-aħħar jiem żdiedu ir-rapporti ta’ persuni li rċivew messaġġi qarrieqa li qed jintbagħtu taparsi f’isem il-kumpanija MaltaPost, fejn l-għan ta’ dawn il-messaġġi huwa li jinsterqulhom il-flus mill-kont bankarju tagħhom u anke informazzjoni personali.

Il-vittmi qed jirċievu messaġġ u jiġu infurmati li għandhom pakkett f’isimhom u li jridu jħallsu miżata amministrattiva żgħira ta’ €1.69 sabiex jintbagħtilhom dan il-pakkett. Jintalbu wkoll jagħfsu fuq ħolqa li ladarba jagħfsuha, jiġu ppreżentati b’sit elettroniku falz li timita l-operatur postali u l-vittmi jintalbu jdaħħlu d-dettalji tal-karta tal-kreditu tagħhom u f’xi każijiet, il-vittmi jintalbu jdaħħlu password fejn wieħed qiegħed jaħseb li qed jawtorizza tranżazzjoni ġenwina ta’ ammont żgħir ta’ flus, iżda minflok il-frodisti, minnufih qegħdin jużaw din l-informazzjoni biex jieħdu ammont ferm akbar.

Għaldaqstant, l-appell tal-Pulizija huwa biex dawn il-messaġġi jiġu injorati u mħassra immedjatament.

Sport