Friday, December 27, 2024

Il-Pulizija terġa’ tappella dwar telefonati qarrieqa minn numri lokali

Aqra wkoll

Il-Pulizija mill-ġdid qiegħda tappella lill-pubbliku għal aktar attenzjoni dwar scams ta’ telefonati qarrieqa minn numri lokali, fejn min iċempel jgħid li huwa pulizija, u jitlob lill-persuna biex tagħti l-informazzjoni tal-karta tal-identità, kodiċi postali u/jew dettalji tal-bank.

Ħafna drabi din it-telefonata tkun messaġġ irrekordjat, imbagħad jidderieġi lil min jirċievi t-telefonata biex isegwi l-istruzzjonijiet addizzjonali. Dawn mhuma xejn ħlief 𝗦𝗖𝗔𝗠𝗦, fejn il-kriminali jippruvaw jiksbu aċċess għal informazzjoni personali u/jew dettalji bankarji.

Għaldaqstant, l-appell tal-Pulizija huwa biex dawn it-telefonati qarrieqa jiġu injorati immedjatament.

Ekonomija

Sport