L-eks-Chief-of-Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-eks-ministru responsabbli mill-enerġija, is-saħħa u t-turiżmu Konrad Mizzi reġgħu ġew interrogati mill-Pulizija.
Il-Pulizja jidher li interrogat lil Keith Schembri u Konrad Mizzi dwar diskursati li seta kellhom ma’ Yorgen Fenech, in-negozjant li jinsab mixli bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Din ma kinitx l-ewwel darba li huma ġew interrogati fil-kors tal-investigazzjoni li l-Pulizija bdiet dwar rapporti relatati ma’ reati ekonomiċi fosthom korruzzjoni.
Schembri u Mizzi irriżenjaw mill-karigi tagħhom f’Novembru li għadda, perjodu li ġab miegħu divesi protesti u wassal għar-riżenja tal-Prim Ministru Joseph Muscat qabel ma f’Jannar inħatar f’loku Robert Abela.