Saturday, December 21, 2024

Il-pulizija tfittex sewwieq ta’ karozza wara inċident f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Għawdex qiegħda tifittex sewwieq ta’ karozza li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.10pm meta sewwieq ta’ mutur tal-għamlu Keeway Logik kien niżel lejn l-Imġarr meta karozza qasmet il-linja tat-triq biex iddur lejn triq oħra.

Is-sewwieq tal-mutur intlaqt mill-karozza u spiċċa mal-art. Il-pulizija qegħdin janalizzaw il-kameras tas-sigurtà li hemm fit-triq biex jinstab is-sewwieq tal-karozza.

Il-mutur kien qiegħed jinstaq minn raġel ta’ 53 sena residenti l-Ħamrun. Hu ngħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u wara li ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Aktar kmieni: Persuna l-Isptar wara li ttajret bil-mutur fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem

Persuna kellha tidaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tad-9.30pm ittajret bil-mutur fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem. Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lil persuna nvoluta.

Bħalissa fuq il-post hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija li qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

Il-kundizzjoni tal-persuna li ttajret s’issa għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Ekonomija

Sport