Monday, January 20, 2025

Il-Pulizija tħarrek 121 xufier minħabba sewqan b’veloċità eċċessiva

Aqra wkoll

Matul il-ġimgħa li għaddiet, 121 xufier ġew imħarrka mill-Pulizija b’rabta ma’ sewqan b’veloċità eċċessiva f’diversi lokalitajiet madwar il-Gżejjer Maltin, inkluż ġewwa Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ, Triq il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet ta’ rutina, inħarġu wkoll diversi taħrikiet oħra relatati ma’ ksur tar-regolamenti tat-traffiku, fosthom sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, użu tal-mobile phone waqt is-sewqan, vetturi mingħajr liċenzja valida tas-sewqan u persuni mingħajr iċċinturin tas-sigurtà waqt is-sewqan, fost oħrajn.

Filwaqt li l-ħidma tal-Pulizija f’dan ir-rigward tkompli fil-ġranet li ġejjin, l-appell jibqa’ lejn issewwieqa biex josservaw ir-regoli tat-traffiku b’rispett lejn ħajjithom u ħajjet nies oħra fittriq.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport