Saturday, October 26, 2024

Il-Pulizija tiċħad li saru rapporti dwar allegat stupru

Aqra wkoll

Filwaqt li kkonfermat li matul il-lejl li għadda rċeviet rapport ta’ persuna li ġiet misruqa fil-parkeġġ ta’ ħdejn l-ARMS, il-Pulizija qalet li ma sarilha ebda rapport dwar allegat stupru.

inewsmalta talab lill-Pulizija biex tikkonferma jekk kellhiex rapporti matul il-lejl li għadda dwar serq u attent ta’ stupru fil-Furjana. 

Kelliem għall-Pulizija qal li kien hemm rapport wieħed simili li daħal għand il-Pulizija lbieraħ għall-ħabta ta’ 11.45 p.m. Spjegalna li dan ir-rapport sar minn mara barranija li qalet li waqt li kienet miexja fil-parkeġġ li hemm faċċata tal-Arms, persuna mhux magħrufa u li skont hi aktarx kien barrani, allegatament waqqafha u serqilha l-basket li kellha. Il-Pulizija qalet li l-vittma ma sofrietx ġrieħi. 

Madankollu, il-Pulizija għamluha ċara li l-vittma ma għamlet ebda rapport dwar allegat stupru.

Sport