Sunday, November 17, 2024

Il-Pulizija tikkjarifika dwar rapport b’rabta mal-każ Pilatus

Aqra wkoll

Mistoqsi minn The Malta Independent dwar il-każ Pilatus, aktar kmieni il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà, fakkar kif b’rabta ma’ dan il-każ hemm persuni li tressqu l-qorti u żied li: “hemm persuni oħra li llum bl-għodda li għandna nistgħu noħorġu mandati internazzjonali, u allura qegħdin f’dak l-istadju.”

Fi stqarrija maħruġa minn l-Pulizija qalet li meta l-Kummissarju Gafa qal li “qegħdin f’dak l-istadju” kien qed jirreferi għall-istadju ta’ mandat internazzjonali, li hija għodda li għandhom l-investigaturi fi proċess li jinvolvi wkoll ġurisdizzjonijiet barranin u għalhekk jieħu ż-żmien tiegħu.

Il-Pulizija għamlitha ċara li mkien ma ntqal li l-mandat għad irid jinħareġ, kif ingħatat l-intepretazzjoni fl-istess ġurnal.

Ekonomija

Sport