Aktar kmieni dalgħodu, il-Pulizija arrestat tlett irġiel Rumeni ta’ 31, 32 u 35 sena rispettivament, li huma suspettati bl-involviment fl-omiċidju li seħħ ilbieraħ waranofsinhar f’San Ġiljan.
It-tliet persuni qegħdin jinżammu fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana għal aktar stħarriġ.
Mill-investigazzjonijiet li saru fl-aħħar sigħat, irriżulta wkoll li l-vittma huwa ta’ nazzjonalità Ingliża però residenti r-Rumanija.
L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.