Tuesday, December 24, 2024

Il-Pulizija tintalab tieħu passi fil-konfront ta’ żviluppatur ta’ sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira

Aqra wkoll

L-Aġenzija tal-Bini u l-Kostruzzjoni għalqet sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Manoel de Vilhena fil-Gżira għax ma kienx konformi mal-liġi.

Fi stqarrija maħruġa, l-Aġenzija qalet li talbet lill-Pulizija sabiex tieħu passi kriminali fil-konfront tal-iżviluppatur, il-maniġer tas-sit u l-periti tal-proġett minħabba li allegatament ma ġewx sottometti dokumenti rikjesti qabel ma nbdew ix-xogħlijiet, informazzjoni mhux korretta fin-notifika tas-sit u xogħlijiet li baqgħu għaddejjin wara l-ħinijiet permessi.

L-Aġenzija tenniet li fis-sit ma kienx hemm l-ebda lqugħ u li fid-9 ta’ April uffiċjali tal-Aġenzija marru fuq is-sit biex iwaqqfu x-xogħlijiet li baqgħu għaddejjin wara l-ħin permess.

Ekonomija

Sport