Friday, December 20, 2024

Il-Pulizija tinvestiga allegat każ ta’ aggressjoni f’Tas-Sliema

Wieħed mill-aggressuri nstab fil-pussess ta' arma

Aqra wkoll

Raġel ta’ 62 sena li kien qiegħed jiġri għall-affari tiegħu kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-7:15 a.m., allegatament safa attakkat viċin il-Ġnien Bonello Duppuis fi Qui Si Sana. Ir-raġel allega li huwa ġie aggredit minn żewġt irġiel li kienu bilqiegħda fuq bank fiż-żona. 

“Mingħajr ma kien hemm xi tip ta’ provokazzjoni, wieħed minnhom qam u tani daqqa ta’ ponn qawwija ħafna tant li tefagħni fuq il-ħaxix,” spjega r-raġel li sofra l-aggressjoni. Ir-raġel aggredit qal li beda jgħajjat għall-għajjut u ż-żewġt irġiel ħarbu minn fuq il-post. Jingħad ukoll li żewġt irġiel Maltin li kienu fil-viċinanzi bdew jiġru wara l-aggressuri u rnexxielhom jaqbdu wieħed minnhom.

Il-vittma qal ukoll li meta l-Pulizija waslu fuq il-post u arrestaw lill-agressur, dawn sabulu sikkina fuqu. Dan is-sit għamel kuntatt mal-Pulizija fejn ikkonfermawlna li sar rapport f’dan ir-rigward u li jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet, inkluż dwar l-allegat użu ta’ arma taqta’.

Ekonomija

Sport