Saturday, November 16, 2024

Il-Pulizija tinvestiga allegazzjonijiet dwar uffiċjali li użaw vjolenza fil-konfront ta’ żagħżugħ għax ma kienx liebes maskra

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed jinvestigaw allegazzjonijiet li saru minn omm li qalet li uffiċjali tal-pulizija sawtu lil binha talli ma kienx liebes maskra.

F’kumment fuq il-midja soċjali akkumpanjat b’ritratt, Simone Camilleri qalet li uffiċjali tal-pulizija stazzonati Paceville ilbieraħ tefgħu lil binha mal-art, u anke allegat li wara li daħħluh f’vann użaw il-vjolenza għax ma kienx liebes maskra.

Tenniet li hija taqbel mal-ħlas ta’ multa f’dan ir-rigward, iżda ma taqbilx mal-użu tal-vjolenza.

Hija appellat lil kull min jista’ biex jagħmel kuntatt magħha u inkoraġġiet lin-nies biex ixerrdu l-messaġġ tagħha.

Intant meta kkuntattjati dwar dan, il-Pulizija qalet li l-allegazzjonijiet qed jiġu investigati.

Ekonomija

Sport