Saturday, December 28, 2024

Il-Pulizija tinvestiga hold-up li twettaq ftit tal-ħin ilu f’ħanut f’Birkirkara

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed tinvestiga hold-up li seħħ ftit tal-ħin ilu minn ħanut f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet informata bis-serqa għall-ħabta tas-6.45 p.m. bil-ħanut jinsab fi Triq Mannarino.

Jirriżulta li raġel allegatament b’arma li taqta’ u bil-ponta kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lil kaxxier, li huwa raġel ta’ 20 sena residenti Ħ’Attard.

Hekk kif ħa l-flus il-ħalliel ħarab minn fuq il-post.

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li ħatret inkjesta.

Ekonomija

Sport