Wednesday, April 24, 2024

Il-Pulizija tinvestiga serqa minn ħanut f’San Ġwann

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ serqa li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10:45 p.m. fi Triq in-Naxxar, San Ġwann.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet serqa minn ħanut tal-logħob fejn żewġt irġiel mgħammda u armati b’arma tan-nar, daħlu fil-ħanut, serqu ammont ta’ flus kontanti mill-kexxun tal-flus u ħarbu minn fuq il-post.

Waqt is-serqa, fil-ħanut kien hemm kaxxiera ta’ 30 sena u klijent ta’ 24 sena li ma sofrew l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u t-tfittxija għaż-żewġt irġiel involuti fis-serqa għadhom għaddejjin.

Sport