Thursday, December 26, 2024

Il-Pulizija tinvestiga serqa minn ħanut f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ serqa li seħħet aktar kmieni wara nofsinhar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:00 p.m meta, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn. 

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn stħarriġ illi sar irriżulta li persuna, allegatament armata b’sikkina, daħlet fil-ħanut u talbet il-flus lill-kaxxiera. Il-persuna ħarbet minn fuq il-post wara li serqet ammont ta’ flus kontanti. 

Fortunatament ħadd ma weġġa’ filwaqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-aggressur.

Ekonomija

Sport