Il-Pulizija qiegħda tinvestiga wara li aktar kmieni dalgħodu daħlilha rapport ta’ sgass f’bieb ta’ ħanut fi Triq l-Imġarr ix-Xewkija.
Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-pulizija intervjeniet fuq il-post fejn sabet li verament kien sar sgass fil-bieb prinċipali tal-ħanut, iżda f’dan l-istadju għadu mhuwiex magħruf jekk kienx hemm oġġetti li nsterqu u jekk iva, il-valur tagħhom.
Jidher ukoll li fortunatament ma kienx hemm persuni li ndarbu fl-allegat serqa.
Aktar informazzjoni kif taslilna…