Wednesday, December 25, 2024

Il-Pulizija tinvestiga t-tieni theddida ta’ bomba fuq vapur tal-Gozo Channel

Aqra wkoll

Għat-tieni darba f’inqas minn 24 siegħa l-operat fil-Port tal-Imġarr u f’dak taċ-Ċirkewwa kellu jiġu sospiż minħabba theddida ta’ bomba oħra fuq vapur tal-Gozo Channel.

Dan wara li l-Ġimgħa filgħaxija uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ dawk tal-Bomb Disposal mill-Forzi Armati ta’ Malta kellhom jintervjenu wara li daħlet l-ewwel theddida.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri qal li reġa’ ġie infurmat li s-servizz tal-Gozo Channel ġie sospiż minħabba theddida ta’ bomba oħra fuq il-bastimenti.

Il-Ministru Camilleri sostna li jistenna li min qiegħed wara dawn l-azzjonijiet, jinqabad u jitressaq quddiem l-ġustizzja.

Intant kawża tat-theddida nġemgħet konġestjoni kbira tat-traffiku fuq iż-żewġ naħat tal-gżejjer, u diversi persuni fosthom ammont sostanzjali ta’ turisti li kienu bil-pass ġew imwaqqfa f’distanza bogħod minħabba miżuri ta’ prekawzjoni.

Ekonomija

Sport