Saturday, November 23, 2024

Il-Pulizija tippreżenta l-akkużi fil-konfront ta’ 32 persuna b’rabta ma’ allegat abbuż fis-sahra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu l-Pulizija ppubblikat stqarrija oħra bħala aġġornament għall-istqarrijiet dwar investigazzjonijiet fis-Sezzjoni tat-Traffiku, b’rabta ma’ allegat abbuż fis-sahra.

Fl-istqarrija ntqal li wara investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Maġistrat Inkwerenti, dalgħodu, fir-Reġistru tal-Qorti, il-Pulizija ppreżentat l-akkużi fil-konfront ta’ 32 persuna.

Il-persuni nvoluti jinsabu akkużati bi frodi u kompliċità ta’ frodi, kif ukoll jinsabu akkużati li għamlu dikjarazzjonijiet foloz u b’kompliċita ta’ dikjarazzjonijiet foloz.

Fil-jiem illi ġejjin, se jkunu qed jiġu ppreżentati akkużi fil-konfront ta’ aktar persuni. Il-kawżi fil-konfront ta’ dawn il-persuni se jibdew jinstemgħu fil-jiem illi ġejjin, wara li l-Qorti tassenji liema Maġistrat/i se jisma’/jisimgħu l-kawżi.

Sport