… kien irrappurtat nieqes ix-xahar li għadda
Il-Pulizija ppubblikat ritratt riċenti ta’ Jonathan Baldacchino, li kien irrappurtat nieqes ix-xahar li għadda.
Baldacchino, ta’ 36 sena u residenti Tas-Sliema, kien deher l-aħħar fl-akwati ta’ Ħ’Attard nhar l-5 ta’ Marzu, 2022.
Il-Pulizija appellat biex kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jgħaddiha lilha, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.