Monday, March 9, 2026

Il-Pulizija tkompli bit-tfittxija għal Salvatore Di Prima

Aqra wkoll

Il-Pulizija dalgħodu komplew bit-tfittxija għal Salvatore Di Prima, it-Taljan ta’ 49 sena mfittex fuq suspett li pprova joqtol lil ibnu ta’ 12-il sena.

It-tifel għadu qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi li sofra.

Dalgħodu t-tfittxijiet komplew fiż-żona ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Dan wara li lbieraħ l-Pulziija f’din iż-żona sabu l-mobile tal-allegat aggressur. Skont rapport fil-midja l-missier bgħat messaġġ li se jtemm ħajtu.

Kien nhar is-Sibt filgħaxija meta għall-ħabta tal-10.00pm it-tifla tal-allegat aggressur qalet lill-pulizija li missierha kien qatel lil ħuha.Il-pulizija marru fuq il-post fejn sabu lit-tifel li ġie ċċertifikat li kellu ġrieħi gravi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport