Il-Pulizija kompliet tinvestiga l-għajbien ta’ Martin Ambinette wara li ħarġet anke żewġ appelli lill-pubbliku.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li minn investigazzjonijiet kontinwi li qed isiru, il-Pulizija, permezz ta’ filmati li ġew analizzati,
stabilixxiet li meta l-aħħar li deher Martin Ambinette huwa kien liebes ġakketta ta’ kulur skur bil-kitba ‘San Ġiljan ASC’ fuq wara u ma kienx liebes l-iskufja msemmija aktar kmieni.
Għaldaqstant, il-Pulizija qiegħed terġa tappella lill-pubbliku biex kull min għandu xi informazzjoni dwar Martin Ambinette, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.