Sunday, May 4, 2025

Il-pulizija twaqqaf attentat ta’ attakk ta’ bomba fil-kunċert ta’ Lady Gaga

… Il-kunċert bla ħlas kellu attendenza ta’ aktar minn żewġ miljun persuna

Aqra wkoll

Attentat ta’ bomba li seta’ kellu konsegwenzi devastanti ġie mwaqqaf mill-pulizija ta’ Rio de Janeiro. Il-bomba hija rrapportata li kienet se titpoġġa fil-kunċert storiku tal-kantant famuża Lady Gaga s-Sibt li għadda f’Copacabana.

Skont data uffiċjali, għal dan il-kunċert bla ħlas, l-attendenza kienet ta’ 2.1 miljun persuna.
Fi stqarrija l-pulizija qalet li, “is-suspettati bdew jagħmlu konfoffa ma’ nies oħra, inklużi minuri, biex jagħmlu attakki kkordinati bi splussivi inklużi Molotov cocktails”.

Il-Ministru tal-Ġustizzja qal li l-persuni l-oħra fil-konfoffa identifikaw ruħhom bħala membri tal-global fan baase ta’ Lady Gaga magħruf bħala l-“Little Monsters”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport