Saturday, November 23, 2024

Il-Pulizija twissi dwar messaġġi qarrieqa fuq il-mobile

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat jidher li kien hemm bosta persuni li rċivew messaġġi qarrieqa fuq il-mobile fejn kellhom miktub li jew il-mobile tagħhom ġie magħżul minn xi organizzazzjoni dinjija biex jieħu xi flus jew inkella kien ir-rebbieħ ta’ somma kbira ta’ flus.

Il-Pulizija qiegħda tissuġġerixxi lill-pubbliku biex tinjora dawn il-messaġġi, filwaqt li tikkonferma li dawn huma messaġġi qarrieqa. Ta’ min wieħed iżomm f’moħħu, li fejn il-messaġġ ikun wisq bombastiku u b’rebħa ta’ flus, allura wisq probabbli ma jkunx vera. Apparti minn hekk, meta persuna ma tkunx ċerta minn min qed jibgħatilha dawn il-messaġġi, allura l-aħjar hu li tinjorahom. 

Sport