Il-Korp tal-Pulizija u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) ffirmaw Memorandum of Cooperation bil-għan li jtejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni u jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iżżewġ istituzzjonijiet fil-ġlieda kontra l-abbuż ta’ fondi pubbliċi.
Permezz ta’ dan il-ftehim, se tkun qed tissaħħaħ il-komunikazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet. Flistess waqt iż-żewġ entitajiet se jwettqu sessjonijiet ta’ taħriġ konġunti u jaqsmu prattiċi tajba bil-għan li titejjeb l-effettività fil-proċessi investigattivi u ta’ sorveljanza.
Dan il-ftehim jagħmel parti mill-impenn tal-Korp li jopera b’aktar effiċjenza, hekk kif iddikjarat fil-Malta Police Corporate Strategy 2025-2030, li tpoġġi l-governanza t-tajba, it-trasparenza u l-kollaborazzjoni ma’ msieħba esterni bħala pilastri fundamentali.
Qabel l-iffirmar tal-Memorandum, l-Awditur Ġenerali akkumpanjat minn uffiċjali fi ħdan lNAO, ingħata tagħrif dwar il-ħidma tal-Korp fir-rigward ta’ investigazzjonijiet finanzjarji filwaqt li kellhom l-opportunità jaraw il-ħidma tal-pulizija f’dan il-qasam.

