Tuesday, January 6, 2026

Il-qagħda ta’ pajjiżna fir-rigward tal-miri tal-Malta Vision 2050

Aqra wkoll

Ftit ġimgħat qabel tkun varata il-Malta Vision 2050, dan il-ġurnal se jħares lejn il-qagħda ta’ pajjiżna fir-rigward tat-tlett miri ewlenin ta’ din l-istrateġija. 

Stqarrija riċenti tal-Eurostat, tikkonferma l-progress ta pajjiżna fejn jidħol is-sodisfazzjon bil-ħajja. Tant li pajjiżna f’sena waħda biss tela mit-tlettax-il post għall-għaxar post fost is-27 pajjiż tal- UE. Il-valur tal-indiċi tas-sodisfazzjon bil-ħajja tela għal 7.5 minn 10 f’pajjiżna kontra 7.2 madwar l-UE. Il-pajjiż bil-popolazzjoni l-aktar sodisfatta baqa l-Finlandja, b’valur ta 7.8 minn 10, waqt li l-anqas sodisfatti huma l-Bulgari b’indiċi li jasal sa’ 6.2 biss. 

L-aktar sodisfatti bil-ħajja f’Malta kienu ż-żgħażagħ b’valur mal-medja Ewropea. B’kuntrast adulti ta’ eta tax-xoghol kif ukoll anzjani Maltin u Ghawdxin mentri kienu anqas kuntenti miż- żgħażagħ f’pajjiżna, imbagħad kienu ferm aktar kuntenti minn nies tal-istess eta madwar l-Ewropa. Tant li persuni ta’ eta bejn 25 u 64 sena f’Malta huma fost l-aktar sodisfatti bil-ħajja minn fost l-Ewropej kollha. 

Il-kwalita tal-hajja hija ndikatur ewlieni tal- Malta Vision 2050 bil- mira tal- Gvern tkun li sal-2035 pajjizna jkun mal-ewwel għaxar pajjizi Ewropej biex imbagħad sal-2050 jitla mal-ewwel ħamsa. Jidher li diġa qed jinkisbu rizultati tajbin f’dan il-qasam bit-titjib qawwi li ġa seħħ.

Fir-rigward tat-tieni ndikatur, dak tal-iżvilupp uman, l-aħħar rapport tan-Nazzjonijiet Uniti li ħareġ f’Mejju jindika li pajjiżna qiegħed fl-24 post fid-dinja. Dan hekk kif il-valur tal-indiċi ta’ żvilupp uman laħaq 0.924, żieda ta’ 0.007 fuq is-sena ta’ qabel u ta’ 0.054 meta mqabbel mal-2012. Dan kien jirrifletti titjib fit-tul tal-ħajja, fl-ammont ta’ snin ta’ edukazzjoni u żieda qawwija fil-ġid nazzjonali ras għal ras. 

L-esperti tal-UN iqisu lil Malta bħala fl-aqwa kategorija ta’ żvilupp uman. Filfatt mill-2012’l hawn id-distakk fl-iżvilupp favur Malta meta mqabbla mal-medja dinjija żdied. F’dan il-perijodu Malta qabżet lil pajjiżi bħall-Italja, Ċipru, Spanja u l-Ġreċja. Fl-2012 Malta kienet fit-36 post fid-dinja. Sal-2035 Malta trid tigi mal-ewwel għoxrin fid-dinja u mal-ewwel għaxra sal-2050.

Meta nħarsu lejn it-tielet indikatur tal-Malta Vision 2050, fl-2024 id-dħul disponnibli medju ta’ familja Maltija kien €20,430, jew 95% tal-medja Ewropea. Dan meta fl-2023 kien 93%, u fl-2012 kien 77% biss. F’Malta kellna tkabbir ta’ kważi €9,000 fid-dħul disponnibli medju fi tnax-il sena, mentri fl-UE kien hemm tkabbir ta’ madwar €6,500, jew kwart anqas. 

Sal-2035 il-mira tal-Gvern huwa li d-dħul f’Malta irid jitla sa’ 115% tal-medja UE u għal 135% sal-2050.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport