Thursday, November 21, 2024

Il-Qassis Għawdxi li fl-1964 rebaħ il-lotterija nazzjonali… rebaħ £35,000

Aqra wkoll

llum il-lotterija nazzjona- li u l-agħa li kienet toħloq minn żmien għal żmien. Illum m’għadniex nesperjen- zawh. Snin ilu imma din il-lotterija kienet tkun mis- tennija. Kienet tqum diskuss- joni meta jintrebaħ il-premju. Għal xi żmien, wara li tit- la’ il-lotterija, ir-rebbieħ kien jispiċċa bir-reporters wara l- bieb, in-nies tar-raħal jew belt fil-qrib jawgurawlu.

Kien hemm żmien meta il-lotterija nazzjonali kienet tittella’ b’pompa fil-foss ta’ San Ġakbu. Anke politiċi kienu jmorru. Is-somma li kienet tintrebaħ kienet sostanzjali u għalhekk l-interess kien kbir. Għal xi żmien, il-biljett kien jinxtara b’nome de plume u dan kien ikompli joħloq mal-interess u mal-ispekulazzjoni meta tintre- baħ.

Proprju 60 sena ilu, f’din il-lotterija, seħħet xi ħaġa għall-ewwel darba fil-lotterija nazzjonali. Din intrebħet għall-ewwel darba f’Għawdex u ntrebħet minn qassis. Fir-rapporti ta’ dakinhar wieħed mit-titli kien jgħid hekk: “Is-61 Lotterija Nazz- jonali… Qassis Għawdxi jir- baħ £35,000. L-ewwel premju għall-ewwel darba f’Għawdex”.

Ir-rapport kien jgħid li “Xuejnos, hu nome de plume li minbarra li ġab l-ewwel rebħa tal-ewwel premju tal- Lotterija Nazzjonali f’Għawdex, kien ukoll li ta fortuna hekk sabiħa lir-Rev Dun Salv Camilleri miż-Żebbuġ Għawdex.

Dun Salv li hu l-kappillan ta’ l-isptar Victoria, għażel in-nome de plume ‘Xuejnos’, mill-isem tal-bajja Xwejni li hi maġenb Marsalforn, taħt iż-Żebbuġ fejn hu jqatta’ s-sigħat tal-mistrieħ tiegħu. L-ewwel li sar jaf bir-rebħa ta’ Dun Salv kien il-Pulizija tal-Għassa taż-Żebbuġ meta n-neputi ta’ Dun Salv Gużeppi Camilleri, Pulizija f’Malta, ċempel l-għassa u qalilhom li l-premju kien intrebaħ fiż- Żebbuġ.

Sadanittant Marinton Camilleri ta’ 16-il sena, oħt Ġużeppi u li toqgħod ma’ Dun Salv kienet qiegħda tisma’ r-Redifussion u ntebħet li l-biljett kien tagħhom, biss hi ma kinitx ċerta billi n-nome de plume ma ġiex ippronunzjat sew. Din aċċertat ruħha meta r-reporter ta’ L-ORIZZONT iċċekkja n-numru tal-irċevuta li kellha f’idejha man-numru li ntbagħat lilu minn Malta.”

“Filwaqt li l-aħbar xterdet maż-Żebbuġ, Dun Salv ma kien jaf b’xejn. Hu kien ħalla d-dar tiegħu fis-7.00 a.m. u mar lejn ix-Xwejni, ħdejn Marsalforn, fejn għandu dar u s-soltu jmur jistrieħ fiha. Kien hemmhekk li t-tfajjel Baskal Saliba, li ntbagħat minn hu Dun Salv, sabu mimdud jistrieħ. L-ewwel reazzjoni ta’ Dun Salv kienet li ma riedx jammen, anzi qallu “mela llum kellha titla’ xi lotterija?”.

“Iżda ftit wara wasal il- kuġin ta’ Dun Salv Karmenu Ċini u tah l-aħbar. Fl-aħħar Dun Salv ġie konvint u telaq lejn daru. Sadanittant ħafna nies, inkluż xi reporters in- ġabru ħdejn id-dar tiegħu. Hu ħareġ mill-karozza kif kien bil-kappell tat-tibna fost iċ-ċapċip tan-nies u kulħadd jipprova jeħodlu b’idu.

Mistoqsi mir-reporter ta’ L-ORIZZONT x’kienet l-ewwel reazzjoni tiegħu hu kkonferma ma’ dak li qal Saliba li hu ma riedx jemmen għax lanqas biss kien jaf li se titla’ l-lotterija. Fuq mistoqsija oħra hu qal li għadu ftit taż-żmien biex jaħseb x’se jagħmel bil-flus u jekk kienx se jħalli l-kariga tiegħu bħala kappillan tal-isptar.”

“Wara li kellem lill-istampa hu ħareġ lir-reporters u wriehom l-għelieqi ta’ wara daru fejn hemm daqsxejn ta’ kamra u qal li l-passtemp tiegħu kien li jgħaddi s- sigħat f’dik il-kamra kif ukoll iħawwel, isaqqi u jieħu ħsieb l-uċuħ tar-raba’ tiegħu.

Dun Salv joqgħod flimkien ma’ ħuħ, Toni u martu Karmena u t-tfal tagħhom, Salvu, Antonia, Nancy, Marija u Marinton. Ġużeppi t-tifel il- kbir hu miżżewweġ u joqgħod Malta. Dun Salv għan- du 57 sena u sar saċerdot fis-sena 1934.

F’dik il-lotterija it-tieni premju ta’ £10,000 intrebaħ f’Warwickshire fir-Renju Unit b’biljett bin-nome de plume Lettitcumoff, it-tielet premju intrebaħ f’Surrey fir-Renju Unit b’biljett bin- nome de plume ‘Rum’., ir-raba’ premju ta’ £1,500 intrebaħ fl-Amerika t’Isfel b’biljett bin-nome de plume Seis-Se- nores, il-ħames premju ta’ £1,000 intrebaħ b’biljett bin- nome de plume “Peru’ u dana kien għand persuna mir-Rabat. Is-sitt premju ta’ £600 int- rebaħ f’Port Louis fil-Mauritius bin-nome de plume ‘Goodwill”.

Sport