Bojan Cmelik, is-Serb li ġie kkundannat għomru l-ħabs wara li f’ġuri nstab ħati li f’Lulju tal-2018 qatel lin-negozjant Hugo Chetcuti iddaħħal l-isptar wara li pprova jneħħi ħajtu b’idejh fil-ħabs.
Rapport f’The Times of Malta qal li Cmelik instab b’qatgħa fonda lbieraħ filgħaxija.
Chetcuti kien aggredit minn Cmelik li laqtu fl-istonku tiegħu b’sikkina waqt l-inawgurazzjoni ta’ stabbiliment ġdid f’Paceville. Huwa miet biss sitt ijiem wara li ddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.