Saturday, November 16, 2024

Il-qawwiet tal-Ażerbajġan jieħdu l-kontroll tal-belt strateġika ta’ Shusha

Aqra wkoll

L-Ażerbajġan illum qal li l-qawwiet tiegħu ħadu l-kontroll tal-belt ta’ Shusha minn idejn separatisti Armeni fir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh. Min-naħa l-oħra l-Armenja insistiet li l-ġlied għaż-żona strateġika għadha għaddejja.

It-teħid tal-kontroll ta’ Shusha tkun rebħa importanti għall-Ażerbajġan sitt ġimgħat wara li nqala’ l-ġlieda dwar ir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh, reġjun li kien inqata’ mill-kontroll tal-Ażerbajġan fis-snin disgħin.

Il-belt ta’ Shusha tinsab fuq irdum madwar 15-il kilometru mill-belt prinċipali ta’ Stepanakert u fit-triq ewlenija li twassal għall-Armenja.

Matul dawn l-aħħar jiem iż-żewġ naħat irrapportaw ġlied qalil fiż-żona ta’ madwar il-belt.

Intant waqt li indirizza lill-pajjiż il-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev ħabbar li l-belt kienet ġiet taħt il-kontroll tal-qawwiet tal-Ażerbajġan.

Wara d-diskors ta’ Aliyev bosta persuni niżlu fit-toroq tal-kapitali Baku biex jiċċelebraw l-aħbar.

Uffiċjali Armeni kkonfermaw li hemm ġlied qalil fiż-żona, madankollu l-battalja kienet għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport