F’Ottubru 2023, in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol baqa’ konsistentement taħt l-elf tant li ċifri uffiċjali juri li l-qgħad naqas b’25 meta mqabbel ma’ Ottubru tas-sena ta’ qabel. Ċfri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li l-qgħad f’Ottubru li għadda kien ta’ 959 persuna.
l-NSO ibbaża ċċifri li ppublika fuq d-dejta pprovduta minn Jobsplus għal Ottubru 2023. L-istesss dejta tindika tnaqqis minn sena għal sena ta’ 12-il persuna u 13-il persuna li jirreġistraw taħt Parti I u taħt Parti II tar-reġistru tal-qgħad rispettivament.
Fl-istess perijodu ġew reġistrati żidiet fil-livelli ta’ qgħad fil-maġġoranza tal-gruppi ta’ etajiet li ma jinkludux lil dawk bejn l-20-24 sena u 30 u 44 sena.
Iċ-ċifri juru wkoll tnaqqis minn sena għal sena ta’ 38 persuna u 13-il persuna fost dawk li jirreġistraw għax-xogħol għal bejn 21 sa 52 ġimgħa u għal aktar minn sena rispettivament.
Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa żdied b’26.
F’Ottubru 2023, in-numru ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol żdied b’21 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, u laħaq il-240 persuna. L-irġiel ammontaw għal 77.5 fil-mija tar-reġistranti totali b’diżabilità.
23 fil-mija tal-irġiel u 45.8 fil-mija tan-nisa li qed jirreġistraw għax-xogħol fittxew impjiegi bħala ħaddiema ta’ appoġġ Kleriċi.