In-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Ġunju kien jammonta għal 4,270, żieda ta’ 2,654 b’paragun mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
L-istatistika ta’ Jobsplus turi li l-qgħad żdied fost il-gruppi tal-etajiet kollha.
L-akbar żieda kienet reġistrata fost dawk li ilhom jirreġistraw għal xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa. Madankollu b’paragun mal-istess xahar is-sena li għaddiet kien irreġistrat tnaqqis fost dawk li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena.
In-numru ta’ persuni diżabbli li kienu qed jirreġistraw għal xogħol f’Ġunju żdied bi 48 meta pparagunat mas-sena ta’ qabel biex issa dan ilaħħaq il-262 persuna.