Ir-rata tal-qgħad f’Jannar ta’ din is-sena kienet ta’ 3% kemm fost in-nisa u anke fost l-irġiel. Dan ifisser tnaqqis ta’ 0.4% meta mqabbel ma’ Jannar tal-2024.
Kien l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatisika li ħabbar dan filwaqt li fl-istess xahar ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ kienet ta’ 10%.
L-NSO jirraporta li r-rata taʼ qgħad għal dawk li għandhom bejn il-25 u l-74 sena kienet taʼ 2.2%.