Tuesday, December 24, 2024

Il-Qorti fil-Messiku tiddikriminalizza l-abort fuq livell federali

Aqra wkoll

Il-Qorti Suprema fil-Messiku għadha kif ddekriminalizzat l-abort fuq livell federali u ngħaqdet ma’ xejra ta’ legalizzazzjoni tal-abort fl-Amerika Latina. Il-Qorti kkonfermat din id-deċiżjoni fi stqarrija fuq il-midja soċjali nhar l-Erbgħa.

Fl-istess stqarrija, il-Qorti qalet li s-sistema legali li tippenalizza l-abort fil-Kodiċi Kriminali Federali hija “anti-kostituzzjonali” peress li tikser id-drittijiet tan-nisa u nies bil-kapaċità li jġorru fetu.

Dan kollu ġara bi tweġiba għall-appell legali mniedi mill-Grupp ta’ Informazzjoni għar-Riproduzzjoni Magħżula (GIRE), li hija organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem iffukata fuq id-drittijiet riproduttivi fil-Messiku. 

Wara din id-deċiżjoni, il-GIRE qal; “l-istituzzjonijiet tas-saħħa federali madwar il-pajjiż se jkollhom jipprovdu servizzi ta’ abort lin-nisa u lin-nies bil-kapaċità li joħorġu tqal li jagħmlu talba għall-abort”.

Attwalment, l-abort kien legali madwar il-pajjiż f’każijiet ta’ stupru. Minkejja dan, il-legalità tiegħu kienet deċiża fuq bażi ta’ stat b’stat. Id-deċiżjoni tal-Erbgħa ssegwi deċiżjoni preċedenti tal-Qorti Suprema f’Settembru 2021 li bl-istess mod iddeterminat li l-kastig tal-pazjenti għall-abort kien antikostituzzjonali.

Ekonomija

Sport