Thursday, November 28, 2024

Il-Qorti fl-Indja ma tillegalizzax iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess

Aqra wkoll

Il-Qorti Suprema tal-Indja ċaħdet milli tillegalizza ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema kienet magħmulha minn ħames imħallfin li r-raġuni li taw għal verdett tagħhom kienet, li huma ma jistgħux jillegalizzaw din l-għaqda matrimonjali minħabba li dan huwa xogħol il-Parlament u mhux il-Qorti li jgħaddi il-liġijiet.

Minkejja l-verdett li taw, huma qalu illi d-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+ għandhom jibqgħu protetti. Id-deċiżjoni tal-Qorti ġabet fix-xejn, it-tamiet li kellhom miljuni ta’ persuni LGBTIQ+ fl-Indja. Il-Qorti ħadet inkonsiderazzjonijiet petizzjonijiet li saru f’April u Mejju ta’ din is-sena li kienu jħeġġu bidla fil-liġijiet sabiex persuni tal-istess sess setgħu jiżżewġu legalment. Dawk li ffirmaw il-petizzjonijiet sostnew illi ċ-ċaħda ta’ persuni tal-istess sess biex jiżżewġu tikser id-drittijiet kostituzzjonali tagħhom. 

Il-gvern u mexxejja reliġjużi opponew bil-qawwa iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess u argumentaw illi dan imur kontra l-kultura tal-Indja.

Fis-sena 2018, il-Qorti Suprema f’deċiżjoni storika kienet iddikriminalizzat l-omosesswalità.

Sport