Friday, November 22, 2024

Il-Qorti Ingliża twaqqaf l-estradizzjoni tal-fundatur ta’ Wikileaks Julian Assange

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Qorti fir-Renju Unit iddeċidiet li Julian Assange ma jistax jiġi estradit lejn l-Istati Uniti.

F’deċiżjoni li ttieħdet dalgħodu, il-Qorti Ingliża ċaħdet it-talba biex il-fundatur ta’ Wikileaks jiġi estradit lejn l-Amerka minħabba tħassib dwar il-kundizzjoni ta’ saħħa mentali tiegħu u r-riskju li huwa jagħmel suwiċidju.

L-Amerka ilha żmien twil tistenna li Assange jkun f’idejha biex jaffaċċja akkużi dwar ħruġ ta’ dokumenti sigrieta bejn l-2010 u l-2011.

Skont l-avukat tiegħu, l-akkużi kontrih setgħu waħħluh 175 sena ħabs fl-Amerka. Minkejja dan il-gvern Ingliż qal li aktar kemm ċans li s-sentenza tkun tvarja bejn erba’ u sitt snin.

Sport