Saturday, November 16, 2024

Il-Qorti Kostituzzjonali se tiddeċiedi jekk kienx hemm ksur fil-konfront ta’ Christopher Bartolo qabel jitkompla l-każ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) laqgħet it-talba ta’ Christopher Bartolo biex tiġi sospiża d-deċiżjoni dwar l-appell sakemm tinqata’ l-kawża kostituzzjonali li l-istess Bartolo fetaħ.

Din id-deċiżjoni ngħatat illum mill-Imħallef Toni Abela, bl-Avukat Franco Debono qed jidher għal Bartolo. 

Bartolo, li huwa marid bil-kliewi, kien ingħata ħelsien mill-arrest b’mod temporanju fi Frar tal-2018.

Dan wara li l-Kabinett iddeċieda li jirrakkomanda lill-President ta’ Malta biex jingħata ħelsien temporanju pendenti d-deċiżjoni tal-Appell tiegħu quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali.

Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Abela nnota l-Qorti ċ-cirkostanzi partikolari tal-każ u osserva li tingħatax sentenza jew fis-27 ta’ Jannar jew le ftit li xejn tista’ tippreġudika l-interessi tal-istat jew tas-soċjeta.

Il-Qorti enfasizzat li: “min-naħa l-oħra kull ġurnata ta’ telfien ta’ ħelsien għal din il-qorti, huwa fih innifsu dannu rreversibbli, indipendentement minn kull kompensazzjoni pekunjarja.

“Il-flus ma jittraduċux lilhom infushom bħala ħelsien mitluf. Dan għaliex b’dak li qed tgħid din il-qorti hu li f’każ li t-talbiet tal-imsemmi jiġu miċħuda fil-mertu tar-rikors kostituzzjonali, is-sentenza tal-Qorti kriminali dejjem xorta se tingħata.

“Din il-Qorti tagħmilha ċara li t-talba qed tintlaqa’ lil hinn mill-każijiet tipiċi li fihom intlaqat minħabba l-karatteristici partikulari tal-każ.”

Ekonomija

Sport