Sunday, December 22, 2024

Il-Qorti ma ssibx lil Fr David Muscat ħati ta’ kummenti omofobiċi

Aqra wkoll

Dun David Muscat ġie illiberat minn akkużi ta’ diskors ta’ mibegħda wara li l-Qorti sabet li ma kellux l-intenzjoni kriminali li jweġġa’ lin-nies bi kliemu.

F’Jannar li għadda huwa tressaq il-qorti mixli li inċita l-mibegħda u l-vjolenza dwar kummenti li għadda fuq persuni LGBTIQ. Huwa għamel il-kummenti tiegħu fuq Facebook.

F’messaġġ fuq Facebook, Muscat kien qal li jekk b’xi mod Abner Aquilina, is-suspettat qattiel ta’ Paulina Dembska, kien omosesswali jew bisesswali, kien ikun agħar milli kieku hu ppossedut mix-xitan.

Fil-kitba sħiħa tiegħu, Fr David magħruf għall-kritika tiegħu fil-konfront ta’ persuni omosesswali kien qal li “jekk Aquilina huwa persuna LGBTIQ allura din hi diżordni oħra miżjuda fuq l-iskizzofrenija… riċetta ta’ diżordnijiet f’daqqa… bħal xi ħadd li jkollu pressjoni għolja, zokkor u kanċer f’daqqa. taħlita miċidjali. Jeħtieġ l-għajnuna Abner. L-inqas gravi l-possessjoni.. il-gayyaġni agħar”, kiteb Fr David.

Ekonomija

Sport